L-attakkant prolifiku Gonzalo Higuaín tkellem dwar l-ispekulazzjonijiet li qed iduru rigward il-futur tal-kompatrijott tiegħu Paulo Dybala.
Barcelona jidher li qed jaħsbu f’sostitut f’każ li jitlaq Neymar u propju Dybala huwa l-favorit biex jeħodlu postu.
“Dybala jinsab f’età delikata ħafna fejn anke jien għaddejt minnha. Hu ilu ma’ Juventus għal dawn l-aħħar sentejn u minn dejjem kien konsistenti. Jien nista’ nikkonferma li hu jinsab kuntent hawn, id-diriġenti u l-partitarji kollha jħobbuh u finalment anke aħna. Ninsab ċert li hu stess se jiddeċiedi x’inhu l-aħjar għalih u aħna kollha rriduh li jibqa’ magħna.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com