L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín talab skuża f’ismu u f’isem sħabu wara prestazzjoni diżastruża minn Juventus fil-finali tas-Supercoppa Italiana kontra Lazio.
L-għada tal-logħba kiteb hekk: “Xtaqt nitlob skuża lill-partitarji ta’ Juve għal-logħba tal-bieraħ. Jimmeritahom iżjed minn hekk, naf li nistgħu u għandna nagħmlu iżjed, u issa iktar minn qatt qabel għandna bżonn l-imħabba tagħkom għaliex flimkien aħna ferm aqwa. Inwiegħed li se tkun sena fantastika flimkien. Nirringrazzjakom talli dejjem kontu hemm, imma hu biss jekk inkunu flimkien li nistgħu ndawru l-affarijiet. Grazzi talli dejjem tkunu hemm. A presto, biex flimkien inwettqu l-aħjar possibbli.”
Sors: Instagram
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






