L-aħbar li Claudio Marchisio se jkun wieqaf bejn tlieta u erba’ ġimgħat ħassbet lil ħafna għaliex waslu għall-konklużjoni li l-plejer reġa’ weġġa’. Iżda dan mhux il-każ.

Kif imħabbar minn Juventus, il-waqfa mill-ġdid ta’ Marchisio hi dovuta għall-fatt li għandu bżonn terapija u tisħiħ tal-muskoli f’irkopptu. Dan wara li kien weġġa’ u kellu jiġi operat fl-2016.

B’hekk, Marchisio se jkompli bit-terapija speċifika li ilu għaddej biha għall-aħħar xhur, iżda issa hemm bżonn li ma jistrapazzax f’din il-fażi li jmiss.

Massimiliano Allegri stess ikkonferma li din hi waqfa bi prekawzjoni: “Irridu nivverifikaw il-kundizzjoni tiegħu minn hawn u xahar ieħor, għaliex it-testijiet urew li għandu nuqqas ta’ saħħa f’siequ.”

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280