Ir-rapper Tonino pproduċa kanzunetta u video mużikali bil-lingwa Ġermaniża u bl-isem ta’ Dybala, iddedikati propju lill-plejer ta’ Juventus Paulo Dybala.
Tonino, li ismu propja hu Antonio, ġej minn familja ta’ Corigliano Calabro, f’Cosenza, l-Italja, iżda twieled u jgħix fil-Ġermanja.
Il-kanzunetta titkellem f’sens metaforiku dwar min jibda mix-xejn u jilħaq il-quċċata, l-istess bħal Paulo Dybala li riċentament ingħata l-flokk leġġendarju numru 10 ta’ Juventus.
L-istess ukoll għal Juventus, b’Tonino jfakkar kif il-klabb niżel fis-Serie B biex irritorna lura sal-massimu tal-livelli Ewropej.
Sors: Youtube
Sors: Youtube
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com





