Daqs kemm kienet importanti għal Paulo Dybala, il-partita Sassuolo kontra Juventus hija mportanti wkoll għall-kowc Massimiliano Allegri.
Dan għaliex il-logħba kienet tfisser li Allegri għaqqad il-172 partita fit-tmum tat-tmexxija Juventina u b’hekk daħal fil-lista tal-iktar 5 kowċis li mexxew lill-Bianconeri fit-tul.
Fil-quċċata ta’ din il-lista nsibu lil Giovanni Trapattoni fejn mexxa lil Juventus għal total ta’ 596 partita u rebaħ 319-il partita. Fit-tieni post insibu lil Marcello Lippi bit-total ta’ 405 partiti li minnhom rebaħ 227. Fit-tielet post ta’ din il-lista hemm Carlo Parolo b’218-il partita fejn rebaħ 127. Fir-raba’ nsibu lil Heriberto Herrera li f’215-il partita li mexxa lil Juventus rebaħ it-total ta’ 100 logħba.
Kif semmejt qabel Allegri daħal fil-5 post ta’ din il-lista iżda bl-istess ammont tiegħu fil-5 post hemm ukoll Virginio Rosetta li mexxa lit-tim f’172 partita fejn rebaħ 80 minnhom. Huwa fattur interessanti wkoll li minkejja li jinsab fil-ħames post, Allegri għandu l-ahjar persentaġġ fejn jidħol rebħ. F’172 partita Allegri rebaħ 120 għal persentaġġ ta’ 69.5%.
Sors: Juve Stats
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com