Tibqa’ stampata fuq moħħ kulħadd. Nhar l-14 t’April, 2012 seħħet il-mewta traġika tal-plejer eks-Livorno, Piermario Morosini li ħalla din id-dinja waqt logħba mill-kampjonat tas-Serie B kontra Pescara.

Leonardo Bonucci, li fis-semifinali kontra Inter kien Captain tat-tim, fuq il-faxxa ddeċieda li jġorr miegħu il-memorja ta’ Piermario Morosini.

Faxxa li fuqha kien hemm isem Morosini u l-kliem: “I love live.” F’intervista wara l-logħba, Bonucci qal hekk: “Moro għadu hawn magħna, ħaj madwarna. Jien inġorru miegħi. Ikun magħna hawn u kullimkien. Insellimlek Moro.”

Bonucci qal ukoll li kull darba li jkun Captain dejjem se jġorr xi memorja ta’ xi ħadd fuq il-faxxa li jkun liebes.

Sors: Gianluca di Marzio