L-internazzjonali Ġermaniż Benedikt Höwedes sofra injury ġdida muskolari wara li fis-sessjoni ta’ taħriġ tal-lum weġġa’ fil-koxxa.
Höwedes, wara li għadda minn programm ta’ taħrig individwali, minn din il-ġimgha beda jitħarreġ mal-kumplament tal-iskwadra u kien hemm ċans li jiddebutta fid-Derby della Mole kontra Torino tas-Sibt li ġej.
Juventus ikkonfermaw din l-aħbar fuq is-sit uffiċjali tagħhom fejn sostnew li se jsiru aktar testijiet fil-jiem li ġejjin.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com