Meta Juventus akkwistaw lil Rodrigo Bentancur, l-eks kowċ ta’ Palermo Guillermo Barros Schelotto kien iddikjara li l-Urugwajan hu lest u m’għandux bżonn jintbagħat b’self.
Issa li logħba wara l-oħra qed jingħata raġun, f’intervista lil Tuttosport il-kowċ ta’ Boca Juniors żvela s-sigriet wara s-suċċess tal-plejer.
“Is-sigriet huwa familtu. Huma nies twajba u serji. Meta Boca akkwistawh, missieru għamilhielna ċara li jħallih imur l-Arġentina biss jekk inħalluh ilesti l-istudju,” iddikjara Schelotto.
Kompla li fi żmien staġun, Bentancur se jkun jista’ jitqabbel ma’ Paul Pogba.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com