Il-leġġenda tal-Italja, eks plejer ta’ Juventus, Andrea Pirlo se jirtira fi tmiem il-kuntratt tiegħu ma’ New York City FC, f’Diċembru li ġej.
Pirlo, li għandu 38 sena, hu marbut b’kuntratt sa Diċembru u ħabbar li mhux se jġedded: “Ma tistax tibqa’ tilgħab għal dejjem,” iddikjara Pirlo.
Ir-rebbieħ ta’ erba’ kampjonati ma’ Juventus u żewġ edizzjonijiet taċ-Champions League ma’ Milan, kien ukoll strumentali biex l-Italja rebħet it-Tazza tad-Dinja tal-2006.
Sors: Goal
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






