Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ġie mistoqsi rigward l-Uefa Champions League u jekk din il-kompetizzjoni titqiesx fost l-objettivi tal-klabb.
Huwa tenna li din hija ħolma mhux objettiv.
“L-ewwel finali kienet sorpriża kbira iżda fit-tieni finali emmint li verament stajna nagħmluha. Ir-rebħ taċ-Champions League mhux objettiv tagħna però hija ħolma li se nibqgħu naħdmu biex nagħmluha realtà. L-objettiv prinċipali huwa li nkunu mal-aqwa 8 timijiet fl-Ewropa.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com