Finalment jidher li wasal il-mument li naraw id-debutt ta’ Benedikt Höwedes bil-flokk ta’ Juventus.

Jekk imur kollox kif pjanat, l-internazzjonali Ġermaniż se jkun qed jagħmel parti mit-tim biex jilgħab kontra Benevento.

Höwedes ġie ma’ Juventus b’self iżda l-Bianconeri għandhom l-obbligu li jixtru lil dan il-plejer jekk jagħmel 25 dehra mal-klabb.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280