Ejja sa fl-aħħar…
Il-FIFA, grazzi għal Gianni Infantino, biex tagħti l-immaġini li nbidlet, approvat l-użu tal-‘video evidence’ biex jgħinu lir-referees jieħdu deċiżjonijiet f’episodji kontroversjali. Dan l-esperiment għandu jkun suċċess bħalma kien dawn l-aħħar snin il-goal line technology.
Issa daqshekk smajna biki u nagħmlu ġimgħat, jekk mhux snin, naqraw fuq xi episodju favur il-Juventus, bħall-famuż penalti fuq Ronaldo jew il-gowl ta’ Muntari eċċ, eċċ.
Is-sabiħ jiġi issa. Issa naraw kemm se jħassrulhom gowls b’azzjonijiet fallużi jew offsides millimetriċi lill-avversarji bikkejja tagħna.
Daqshekk ħbew il-favuri arbitrali l-avversarji tagħna, billi l-ġurnalisti li jħobbuhom jiddevjaw l-attenzjoni fuq il-prestazzjoni ‘meraviljuża’ li kellhom.
Id-domanda hi, imma jekk se jinqatgħu l-episodji kontroversjali, se jibqà jkun hemm programmi sħaħ kontra l-Juventus?
Tgħid din il-mossa hija l-bidu tal-mewt tal-ġurnali anti-Juventini?
Ħbieb, tinkwetawx, pass bħal dan huwa tajjeb għalina għax aħna “vinciamo sul campo”….
Naqbel mieghek ghax decizjoni wahda favurina ssir kontroversja ghal xhur u snin shah waqt Li mitt decizjoni kontrina bhal meta laghbna kontra l-Inter ftit granet ilu ma jissemma xejn u jibqa kollox mistur. Bizzejjed insemni Il foul biex skorjaw l-ewwel goal wara foul gravi fuq Hernanes, goal Li sar min offside u n-nuqqas ta tkeccija ta interist wara Li qabad lil Cuadrado min ghonqu.
Ezatt, dak hu l punt.
Bhal ma nghid dejjem, il partiti taghna bil mikroskopju jarawom il gurnalisti biased li hemm fl Italia.
Imma ovvja, ghax fl Italia ahbar kontra l Juventus tista ddum tkaxkar bija u jinbieghu izjed gazzetti.
Bla dubju deċiżjoni li tgħid ħafna fejn irid jieħu l-logħoba Infantino. Għalkemm għadna fil bidu tal-era Infantino din id-deċiżjoni tindika li ġej żmien interessanti ħafna.
Kienet ovvja daqs il kristall li decizjoni bhal din kienet ha tghaddi.
Jien nahseb izjed li kienet ghal konvenjenza politika li saret, imma l aqwa li saret. Ghax kieku ma saritx, Infantino kien jidher li ghadu tal istess fehma ta blatter.
Barra minn hekk nemmen li din ha ssolvi hafna kontroversji.
Ezempju car hu l introduzzjoni tal goal line technology, li naqqset hafna polemici.