Hekk kif Massimiliano Allegri fl-aħħar jista’ jitbissem, bi kważi l-plejers kollha rkuprati, mistennija ssir bidla tattika fil-formazzjoni ta’ Juventus.
L-introduzzjoni ta’ Benedikt Höwedes, li minħabba injury wara l-oħra s’issa għadu lanqas iddebutta, tista’ tfisser li l-kowċ Juventin jilgħab bit-3-4-3 bl-istess difensur Ġermaniż meqjus bħala jolly li kapaċi jilgħab kullimkien fid-difiża.
Allegri s’issa kien qed juża t-3-4-3 f’logħob ta’ ħbiberija jew waqt logħba għaddejja, bl-introduzzjoni ta’ Andrea Barzagli.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






