Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri qed jinteresa lill-Federazzjoni Taljana tal-Futbol bħala l-kowċ li jmiss għat-tim nazzjonali Taljan wara Giampiero Ventura.
Jingħad li Ventura, anke jekk jgħaddi mill-play offs u jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja, ma tantx fadallu ħajja twila fil-pożizzjoni tiegħu wara prestazzjonijiet u riżultati ħżiena.
Madankollu, hu improbabbli li Juventus iħallu lil Allegri jitlaq fl-immedjat. Iktar probabbli li l-kowċ nazzjonali li jmiss ikun Carlo Ancelotti. Interess ukoll f’Antonio Conte kif ukoll f’Roberto Mancini.
Mhux eskluż lanqas li għalissa jinstab kowċ fuq bażi temporanja bħal Gigi Di Biagio biex fis-sajf jinstab kowċ ta’ livell mondjali li għalih hemm allokat baġit ta’ €4 miljun fis-sena.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






