Wara li waslet il-konferma li Gianluigi Buffon mhux se jkun qed jiddefendi l-lasta kontra Inter, ftit sigħat qabel il-partitissima hemm diversi xnigħat li Allegri mistenni jħalli lil Paulo Dybala fuq il-bankina anke minħabba l-mument negattiv li għaddej minnu.
Allegri mistenni juża l-formazzjoni ta’ 4-3-3. Fil-lasta se jkun qed jibda Wojciech Szczęsny, fid-difiża se jkun hemm Mattia De Sciglio, Medhi Benatia, Giorgio Cheillini u Kwadwo Asamoah.
It-tlieta tal-midfield mistennija jkunu Miralem Pjanić, Blaise Matuidi u Sami Khedira. It-tliet attakkanti mistennija jkunu Mario Mandžukić, Gonzalo Higuaín u Douglas Costa.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






