L-eks goalkeeper nazzjonali Taljan u ta’ Juventus, Dino Zoff ikkummenta ma’ RAI Sports dwar il-fażi impressjonanti li għaddej minnha bħalissa l-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon.

B’rekord imbattibbli li għadu għaddej, Dino Zoff qal li hu ċerti li Buffon se jikser ir-rekord tiegħu u jsir l-iktar goalkeeper mhux megħlub fis-Serie A u fl-istorja ta’ Juventus.

“M’għadux żgħir imma għadu inkredibbli. Ċert li se jikser ir-rekord. Gigi fenomenali. Jien domt ma rtirajt. S’issa għadni ngħid li Buffon se jagħmel iktar minni,” kompla jgħid il-leġġenda ta’ Juventus.

Ir-rekord f’idejn Gigi Buffon s’issa hu ta’ 836 minuta mhux megħlub.

Sorsi: TuttoJuve/RAI Sport