Statistika ppubblikata minn Mediaset Premium turi li Juventus huma fost l-inqas klabbs li ggwadanjaw penalties matul l-istaġun li għadda u dak attwali.

L-istatistika tpoġġi lil Juventus ir-raba’ mill-aħħar, b’seba’ penalties favur daqs Chievo. Għall-kuntrarju l-avversarji diretti tal-kampjonat ilkoll jinsabu quddiem Juventus b’Inter li ħadu disa’ penalties waqt li Napoli gawdew minn ħdax, Roma ħadu 18 u Lazio jinsabu fl-ewwel post b’21 penalty favur.

Sors: Mediaset Premium

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280