Il-Karnival ta’ Putignano, f’Puglia, hu meqjus bħala l-iktar antik fil-pajjiż ġar tagħna hekk kif hu maħsub li beda jsir fl-1394. U din is-sena kellu lil Juventus bħala l-protagonisti.
Dan hekk kif waħda mill-kumpaniji għażlet lill-plejers ta’ Juventus għal karru ironiku dwar it-telfa fil-finali taċ-Champions League, bit-tema ‘Gli Eroi’.
Il-karru Juventin spikka qalb karattri oħra bħal Captain America, Silvio Berlusconi u Matteo Renzi fost l-oħrajn, iżda ħafna ħasbu li dan sar b’disprezz lejn Juventus. Għall-kuntrarju, il-karru hu kreatura tal-maestro tal-kartapesta Lello Nardelli, li hu Juventin kbir li bena fuq l-ironija li tiddomina dan il-karnival.
Interessanti wieħed jinnota wkoll li dan il-karnival hu l-itwal fl-Italja, hekk kif l-avvenimenti jibdew fis-26 ta’ Diċembru.
Che bello il carnevale a Putignano 😍
Posted by Juventus la Nostra Passione on Monday, January 29, 2018
Sors: GoDiTaccoAspillo
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com








