F’nofs il-ġimgħa Juventus se jkunu impenjati barra minn darhom kontra Crotone u l-kowċ Massimiliano Allegri se jkollu jgħaddi mingħajr tliet plejers li huma Miralem Pjanić, Mattia De Sciglio u Mario Mandžukić.
Dan tal-aħħar se jkun barra minħabba l-influwenza filwaqt li t-tnejn l-oħra sofrew injury fl-aħħar logħbiet.
Minkejja li Allegri se jkollu jgħaddi mingħajr dawn it-tliet plejers, żgur li l-aħbar tajba hija li fil-lista magħżula hemm ir-ritorn ta’ Federico Bernardeschi li ilu barra ftit aktar minn xahrejn minħabba injury li kellu fl-irkoppa. Żgur li hija aħbar importanti ħafna għal Allegri f’mument kruċjali tal-kampjonat.
Il-lista tal-plejers magħżula minn Allegri hija din: Buffon, Szczęsny, Pinsoglio; Chiellini, Benatia, Alex Sandro, Barzagli, Höwedes, Rugani, Lichtsteiner; Khedira, Marchisio, Matuidi, Asamoah, Sturaro, Bentancur; Cuadrado, Higuaín, Dybala, Douglas Costa, Bernardeschi.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com