Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed ikompli jifrex is-servizzi tiegħu fuq il-midja soċjali bl-għan li jkun dejjem eqreb il-Juventini Maltin.
Fl-aħħar jiem bdiet tingħata ħajja ġdida lit-Twitter uffiċjali tal-klabb, filwaqt li tnieda wkoll profil fuq Instagram b’persuni dedikati li se jkollhom l-isfida eċitanti li jżommu lill-Juventini aġġornati ta’ kuljum.
Dan minbarra li l-klabb diġà għandu l-ikbar grupp u l-ikbar paġna għall-Juventini Maltin fuq Facebook.