Bħal ma ħafna jafu, fil-gimgħat li għaddew il-klabb tagħna ħareġ offerti vantaggjużi għal min jagħmel is-sħubija tiegħu ma l-istess klabb, offerti li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-membri tal-klabb. Fl-aħħar siegħat fetħet ukoll uffiċjalment il-kampanja ta` tesserament mal-Juventus Official Fan Club (l-ex DOC) għall- istaġun li jmiss. Bħal kull sena il-klabb iħeġġeġ lill-membri tiegħu biex jagħmlu din it-tessera wkoll u jgawdu min diversi vantaġġi, fosthom biljetti għal logħob ġewwa Turin, għal logħob tal-lig u Champions League. Tista tiġi magħmula jew imġedda il-Juventus Card (l-ex Tessera Del Tifoso). Se jerġa jingħata wkoll rigal sabiħ bħal ma kien jingħata kull sena ma l-stess sħubija.

Dawn huma il-prezzijiet għal din-is-sħubija;

€25 għal membri mhux attivi fl-istaġun 2020-21

€18 għal membri li kienu attivi fl-istaġun 2020-21

€16 għall-membri kollha mwielda wara l-1 ta` Lulju 2006

Min hu interessat jagħmel din is-sħubija l-ewwel irid ikun għamel is-sħubija tiegħu mal-klabb u wara jkun jista’ japplika għal din. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat e-mail fuq club@juventusmalta.com