Il-lista ta’ ditti prestiġjużi li jappoġġjaw il-klabb qed tkompli tiżdied. Illum bi pjaċir nilqgħu fostna lil Portughes Laundry & Dry Cleaning.
Il-kumpanija, li hija bbażata f’Birkirkara, għażlet li tagħti s-sapport tagħha lill-klabb billi tissieħeb bħala sponsor għal matul din is-sena li ġejja. Il-Kumitat jirringrazzja lit-tmexxija tal-kumpanija tal-fiduċja li qed turi fil-klabb u talli wkoll tapprezza l-isfidi finanzjarji li klabb kbir bħal tagħna jġib miegħu.
Il-Kumitat iħeġġeġ lill-membri kollha biex jagħmlu użu mis-servizzi tal-isponsors kollha.