Bir-rebħa importanti li kisbu ġewwa Old Trafford, Juventus telgħu b’punti massimi fi Grupp H u b’sieq waħda fil-fażi li jmiss. Din ir-rebħa fissret ukoll li l-captain Giorgio Chiellini laħaq tragward importanti ħafna.

Chiellini sar it-tielet l-aktar plejer fl-istorja ta’ Juventini li rebaħ partiti. Bil-flokk abjad u iswed Chiellini rebaħ 306 partiti u rnexxielu jaqbeż lil Gaetano Scirea. Fl-ewwel post hemm Gianluigi Buffon b’404 rebħiet u fit-tieni post insibu lil Alessandro Del Piero bi 387 rebħa.

Sors: Juve Stats

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280