L-indikazzjonijiet huma li l-ħruġ ta’ bonds minn Juventus inħatfu f’ħin qasir. Waqt li l-ammont ta’ investiment mill-pubbliku għadu mhux uffiċjali, kollox jindika li l-offerti se jaqbżu sew is-sejħa oriġinali.

Din l-aħbar tikkonferma s-saħħa ta’ Juventus fis-suq, bil-flus miġbura minn Juventus mistennija jkomplu d-diversifikazzjoni tal-finanzjament tal-klabb u jirristrutturaw id-dejn bil-konsegwenza li dan jinfirex fuq iktar snin.

Alberto Francese, analista ta’ Banca Imi, iddikjara li l-mossa ta’ Juventus “tirrifletti t-tkabbir tas-soċjetà ta’ Juventus fuq mudell ekonomiku li mhux ibbażat biss fuq l-isport. B’din il-mossa, Juventus qed itaffu l-istress finanzjarju anke jekk il-klabb mhux f’xi sitwazzjoni ħażina ta’ dejn.”

Hu ppjanat li r-ritorn fuq l-investiment ikun ta’ madwar 3.5%.

Sors: Radiocor

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280