Il-Kumitat jappella lil dawk kollha li llejla se jsegwu l-logħba kontra Atlético Madrid fil-klabb biex ma jħallux għall-aħħar hekk kif mistennija waħda mill-ikbar attendenzi fl-istorja tal-klabb.

Dan hu rifless fl-ammont kbir ta’ bookings li rċivejna fl-aħħar jiem, tant li l-imwejjed kollha issa huma bbukkjati.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kumitat flimkien mat-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill qed iħejju l-aqwa atmosfera possibbli, iżda fl-istess waqt qed inżommu f’moħħna wkoll is-sigurtà ta’ dawk kollha preżenti.

Dan qed isir billi fost oħrajn sar xi tibdil fit-tqassim tas-swali biex inħallu spazju biżżejjed li jkun hemm moviment ħieles u faċli għal dawk kollha preżenti. Iż-żieda ta’ ammont ta’ settijiet tat-televiżjoni li żdiedu fiż-żewġ swali ttina l-possibbiltà li kulħadd igawdi l-logħba b’mod komdu.

Fl-istess waqt mhux eskluż ukoll li, jekk naraw li s-swali tal-klabb ikunu qed isiru ffullati żżejjed, il-Kumitat jieħu d-deċiżjoni li jirrifjuta id-dħul ta’ iktar nies. Dan l-avviż ma japplikax għal dawk li jkunu bbukkjaw mejda mat-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill u allura posthom ikun riservat.

Dan qed isir b’responsabbiltà għaliex il-Kumitat mhux lest jieħu riskji.