Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li ttermina l-ftehim bejnu u bejn Britannia Tours wara li ma ntlaħqux il-kriterji li kien qed ifittex il-klabb.
Fl-istess waqt, il-Kumitat iħabbar li qed ikompli jaħdem biex iġib ammont ikbar ta’ biljetti u bi prezzijiet orħos minn dawk offruti s’issa fis-suq lokali.
Il-Kumitat jibqa’ kommess li jġib l-aqwa kundizzjonijiet għall-Juventini Maltin li huma membri tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.