L-eks plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, Claudio Marchisio, aċċetta l-offerta tal-Kumitat biex isir President Onorarju tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.
Il-preżentazzjoni ta’ dan it-titlu lil Claudio Marchisio saret waqt A Royal Night with Claudio Marchisio, is-serata ewlenija organizzata mill-klabb bl-iskop li l-Juventini Maltin ikunu jistgħu jiltaqgħu mal-leġġenda ta’ Juventus kif ukoll jieħdu ritratt miegħu u jiksbu l-firma tiegħu. Matul is-serata attendew iktar minn 380 persuna.
Claudio Marchisio b’hekk jingħaqad mal-Maġistrat Joseph Mifsud, kif ukoll James Mizzi, Jean Borg, Omar Busuttil, George Camilleri u l-Avukat Joseph F. Borg, li kien l-ewwel President ta’ dan il-klabb.
B’hekk Claudio Marchisio sar ukoll l-ewwel eks plejer jew uffiċjal relatat ma’ Juventus li aċċetta kariga uffiċjali fi ħdan klabb lokali tas-sapporters.
Ritratt: Photocity Malta