Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed isegwi l-aġġornamenti relatati mal-Coronavirus fl-Italja u se jkun qed jaġġorna lill-membri tiegħu b’kull żvilupp uffiċjali kif komunikat minn Juventus.
Madankollu, s’issa, s-soċjetà għadha ma nnotifikatna bl-ebda żviluppi u m’hemm l-ebda aħbar uffiċjali dwar x’se jsir mill-partiti li jmiss taċ-Champions League u s-Serie A.
L-unika aħbar uffiċjali s’issa hi li t-tmexxija tal-Lega Serie A talbet lill-Gvern Taljan biex il-logħob li jmiss jintlagħab xorta waħda, iżda mingħajr partitarji.
Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli jidher li qed jaqbel ma’ din it-talba tant li f’kummenti lill-midja ddikjara li l-klabb se jimxi mal-indikazzjonijiet mogħtija lilu u li s-saħħa pubblika bħalissa għandha tingħata priorità.
Jekk dan iseħħ, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkun qed jistenna komunikazzjoni uffiċjali mingħand Juventus.