L-eksdifensur Kolombjan ta’ Inter, Iván Córdoba, stqarr li Juventus huma wisq b’saħħithom fl-Italja u d-dominju tagħhom fis-Serie A fadallu.

“Id-differenza bejn Juventus u Inter huma l-plejers. Hemm differenzi kbar bejn Juventus u Inter. Ma nemminx li d-dominju ta’ Juventus jispiċċa wara dawn il-ħames snin. Se jkomplu b’dan il-mod,” qal Córdoba.

Madankollu ma naqasx milli jitfa’ botta, meta fl-istess intervista qal li “huma biss is-sapporters ta’ skwadra partikolari li jibqgħu jsostnu li l-kampjonat tal-2005/06 mhux ta’ Inter.”

Sors: La Domenica Sportiva