L-influss qawwi ta’ flus li kienu milgħuba fuq siti tal-betting onlajn b’rabta mal-logħba bejn Napoli u Frosinone qed iqajjem suspett li l-logħba setgħet kienet irranġata.

Jirriżulta li qabel il-logħba ġew reġistrati ħafna flus milgħuba fuq tkeċċija għal plejer ta’ Frosinone, tant li xi siti tal-betting issospendew il-logħob tal-flus fuq din il-logħba.

Fil-fatt, fit-tlettax-il minuta tal-logħba, il-plejer Mirko Gori tkeċċa b’karta ħamra diretta wara li allegatament għajjar ripetutament lir-referì.

Jirriżulta li dawn is-suspetti kienu rrappurtati lill-Pulizija kif ukoll lill-uffiċjali tad-dwana.

Sors: Spazio Napoli