Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed jilqa’ espressjonijiet ta’ interess għat-tmexxija tal-bar tal-klabb għall-perjodu li ġej.

Fil-perjodu li ġej il-klabb se jiżbarka fuq proġetti ġodda u interessanti li sussegwentement se jwasslu wkoll għal benefiċċji ikbar għall-persuna jew persuni li jingħataw il-fiduċja tat-tmexxija tal-bar.

Il-bar tal-klabb iġib miegħu bosta benefiċċji, ewlenija fosthom klijentela tajba ta’ persuni li jattendu għall-attivitajiet tal-klabb kif ukoll waqt logħbiet ta’ Juventus.

Madankollu, il-persuna jew persuni fdati bit-tmexxija tal-bar mhux se jkunu limitati u jistgħu jiftħu l-bar b’mod regolari kif ukoll jorganizzaw attivitajiet oħra. Ikun hemm ukoll il-possibbiltà li jintużaw il-mezzi soċjali tal-klabb għal riklamar ta’ dawn l-attivitajiet.

Dawk interessati huma mitluba jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com sa mhux aktar tard mill-Ħadd 24 ta’ Lulju biex ikunu jistgħu jaraw il-faċilitajiet li joffri l-klabb kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tmexxija tal-bar.

Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.

dical-banner-1200×280