L-eks plejer ta’ Inter u tat-tim nazzjonali Tork Hakan Şükür jidher li ħarab mit-Turkija wara li l-Gvern Tork ħareġ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.
Jirriżulta li l-kawża ta’ dan huma akkużi ta’ terroriżmu għaliex hu maħsub li appoġġja l-attentat kolp ta’ stat fil-konfront tal-President Recep Tayyip Erdoğan, li falla. Şükür hu akkużat ukoll b’affiljazzjoni ma’ Fethullah Gülen, meqjus li hu terrorist għaliex ma jaqbilx mal-Gvern Tork.
Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern Tork kien għaddej b’sensiela ta’ arresti fil-konfront ta’ kull min b’xi mod ikkritika t-tmexxija tiegħu. Hemm ukoll akkużi serji ta’ ksur ta’ drittijiet umani u maltrattament tal-priġunieri.
Sors: Al Jazeera






