F’din is-sensiela ħa nkunu qed naraw l-avversarju ta’ Juventus u, fl-opinjoni tiegħi, l-iktar plejers li għandhom ikunu ta’ interess.

3 ijiem ’il bogħod mill-bidu tal-kampjonat għal Juventus kontra Fiorentina, l-ewwel plejer f’din is-sensiela huwa Iličić, plejer Sloven ta’ 28 sena, frisk minn staġun brillanti ħafna fejn skurja 15-il gowl f’37 partita, kif ukoll niżżel ismu għal 6 assists.

Kontra Juventus fi 12-il logħba huwa skurja 3 filwaqt li assista gowl wieħed biss. L-aħħar gowl wasal l-istaġun li għadda sewwa sewwa fil-Juventus Stadium minn penalty fit-3 minuta fit-13 ta’ Dicembru 2015, logħba li ntrebħet bl-iskor ta’ 3-1, gowls skurjati min Cuadrado, Dybala u Mandžukić.

Iličić huwa famuż ħafna għat-teknika li jibbrilla fiha, kreattività fil-passing u l-mod bil-għaqal ta’ kif jgħaqqad il-midfield mal-attakk, u dan narawh fil-mod kif Sousa jutilizza lis-Sloven kemm bħala sekonda punta kif ukoll bħala trekwartista. Naraw ukoll kif fl-istaġun li għadda, rajna lil Josip jibbrilla wkoll fil-freekicks, xi ħaga li dehret biss f’dawn l-aħħar sentejn ma’ Fiorentina.

U l-qarrejja x’jaħsbu fuq Iličić? Taħsbu li hemm plejer ieħor li għandu jkun ta’ wġigħ ta’ ras għall-benjamini tagħna?

Sors: Transfermarkt

dical-banner-1200×280