Wara r-rebħa importanti fid-Derby d’Italia kontra Inter b’gowl uniku ta’ Juan Cuadrado, Juventus issa ħarsithom qiegħda fuq it-tieni partita li se jilagħbu f’sebat ijiem, din id-darba kontra Crotone. Il-Bianconeri se jkunu qed jinżlu għat-tliet punti kontra dan it-tim modest li kien promoss għas-Serie A minn dan l-istaġun.

L-aħħar konfront f’logħba kompetittiva bejn dawn iż-żewg timijiet kienet proprju għaxar snin ilu fis-17 ta’ Frar tal-2007 fil-kampjonat tas-Serie B, meta Juventus kienu għelbu faċilment lit-tim ta’ Crotone bl-iskor ta’ 5-0. Għalhekk għaxar snin wara, dawn it-timijiet b’ambizzjonijiet differenti minn xulxin se jkunu qed jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin.

Preżentement Crotone jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika u kisbu s’issa tlettax-il punt. Bi tliet rebħiet, erba’ drawijiet u ħmistax-il telfa, Crotone qed isibuha diffiċli biex jikkompetu fl-ogħla diviżjoni fl-Italja. It-tim immexxi mill-kowċ Davide Nicola s’issa skurja 20 gowl u sofra 38. Il-persentaġġ tal-20 gowl li skurjaw s’issa, 35% taghhom ġew skurjati fl-aħħar kwarta tal-partita, bejn il-75 u d-90 minuta.

Din il-logħba se tiġi rkuprata miż-żewg timijiet minħabba l-partita tas-Super Coppa kontra Milan, biex b’hekk Juventus se jkollhom ċans jitilgħu b’disa’ punti fuq it-tim ta’ Napoli.

Il-protagonist tat-tim ta’ Crotone bħalissa qed ikun l-attakkant bin-numru 11, it-Taljan Diego Falcinelli fejn s’issa skurja tmienja mill-20 gowl li skurjaw s’issa Crotone.Minn din l-istatistika nistgħu naraw li Crotone huma daqsxejn batuti fiż-żona tad-difiża fejn minn 22 partita, logħba waħda biss żammew clean sheet. Kienu 8 logħbiet minn 22 li Crotone fallew li jiskurjaw. L-ikbar rebħa s’issa għat-tim ta’ Crotone kienet bl-iskor ta’ 4-1 kontra t-tim ta’ Empoli ftit ġimgħat ilu. L-ikbar telfa kienet bl-iskor ta’ 4-0 kontra t-tim ta’ Roma fil-21 ta’ Settembru tas-sena l-oħra.

Għalkemm Crotone jinsabu fl-aħħar postijiet fil-klassifika, Juventus żgur ma jistgħux jieħdu ‘for-granted’ lil dan it-tim li fil-ġurnata jekk jilagħbu tajjeb kapaċi joħolqu xi sorpriża.

FINO ALLA FINE!

dical-banner-1200×280