Ġewwa l-Castellani llum ħa naraw logħba li fuq il-karta tidher waħda faċli għal Juventus, però ma rridux naqtgħu jiesna li Empoli, għalkemm bdew fuq sieq ħażina, issa qed jistennew iċ-ċans li jibdlu dar-ritmu negattiv proprjament kontrina.

Wieħed mill-plejers interessanti ta’ Empoli huwa Pucciarelli, attakkant ta’ 25 sena. Pucciarelli ilu ma’ Empoli mill-2010 u tista’ tgħid li ilu magħhom karriera sħiħa.

Kontra Juventus, Manuel lagħab 4 logħbiet u huwa qatt ma rebaħ kontrihom. Pucciarelli jibbrilla ħafna fl-aġilità, kontroll tal-ballun u biex jiftaħ spazji għal plejers oħra. Flimkien ma’ Saponara huwa kapaci jdawwar il-ballun b’mod fantastiku.

Ejja biss nisperaw li llum jekk Pucciarelli jilgħab kontra Juventus, huwa jkun tilef ħames logħbiet minn ħamsa.

dical-banner-1200×280