Iben id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci, Matteo, qaleb għall-aħjar.

Leonardo Bonucci mhux parti mill-iskwadra nazzjonali li lbieraħ lagħbet kontra Franza, u issa tilgħab kontra l-Iżrael, propju biex ikun mal-familja tiegħu f’dan il-mument delikat.

Xi ġimgħat ilu Matteo kien operat għal kundizzjoni li ma ġietx żvelata biex tkun rispettata l-privatezza tal-familja Bonucci. Madankollu jirriżulta li ftit jiem ilu, it-tifel qaleb għall-agħar mill-ġdid.

Finalment issa jidher li l-kundizzjoni tat-tifel mill-ġdid qalbet għall-aħjar u dan kien ikkonfermat mill-kowċ nazzjonali Giampiero Ventura.

Minkejja dan, Bonucci ddeċieda li ma jkunx mal-iskwadra għal kontra Iżrael biex jirritorna meta jkun dedikat għal kollox fuq in-nazzjonal.

Sors: Today