Ġurnata wara ġurnata, il-kundizzjoni fiżika ta’ Gonzalo Higuaín dejjem qed titjieb u f’din il-ġimgħa fejn hemm il-plejers neqsin minħabba l-impenji tan-nazzjonal, kompla t-taħriġ intensiv iktar fuqu.
Il-kundizzjoni dejjem qed titjieb u wara li għamel żewg logħbiet li bdiehom minn fuq il-bank, issa jidher li jinsab lest biex jibda fil-formazzjoni inizjali ta’ Massimiliano Allegri. Fi friendly li Juventus lagħbu kontra Magenta, Higuaín kien protagonista meta skurja hat-trick.
L-għan ta’ Higuaín huwa wieħed ċar, li jsarraf il-flus li nefqu għalih Juventus f’magna ta’ gowls kif inhu magħruf għalihom. Huwa jinsab lest u ċert li bit-titjib tal-kundizzjoni fiżika tiegħu, se jkun jista’ jgħin lil Juventus billi jkun plejer titulari, fundamentali u deċiżiv, kif uriena fl-ewwel logħba tal-kampjonat kontra Fiorentina fejn skurja l-gowl rebbieħ.
Sors: TuttoJuve
Ħalli Kumment