Il-futbol Taljan fil-preżent mhuwiex magħruf għall-flus li jonfqu t-timijiet biex jakkwistaw plejers ġodda.
Madankollu, meta wieħed iħares lejn l-għaxar plejers li l-iktar nefqu fuqhom Juventus biex jakkwistawhom, wieħed jinnota li iktar minn nofshom inxtraw f’dawn l-aħħar sentejn, xhieda tat-titjib finanzjaru li qed isir mis-soċjetà Juventina. Il-lista kompluta hija din:
1. Gonzalo Gerardo Higuaín – €90 miljun mingħand Napoli fis-26 ta’ Lulju 2016
2. Paulo Dybala – €40 miljun (€32 miljun u €8 miljun oħra bonuses) mingħand Palermo fl-4 ta’ Ġunju 2015
3. Miralem Pjanić – €32 miljun mingħand Roma fit-13 ta’ Ġunju 2016
4. Diego Ribas da Cunha – €27 miljun mingħand Werder Bremen fis-26 ta’ Mejju 2009
5. Alex Sandro Lobo Silva – €26 miljun mingħand Porto fl-20 t’Awissu 2015
6. Felipe Melo de Carvalho – €25 miljun mingħand Fiorentina fit-30 ta’ Ġunju 2009
7. Marko Pjaca – €23 miljun mingħand Dinamo Zagreb fil-21 ta’ Lulju 2016
8. Amauri Carvalho de Oliveira – €22.8 miljun mingħand Palermo fit-30 ta’ Mejju 2008
9. Álvaro Morata – €20 miljun mingħand Real Madrid fid-19 ta’ Lulju 2014
10. Mario Mandžukić – €19 miljun mingħand Atletico Madrid fit-22 ta’Ġunju 2015
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment