Is-Sibt, minn nofsinhar ’il quddiem, fil-premsies tal-klabb fl-Imrieħel se jsir it-turnew tal-Playstation 4 fuq Fifa 2017.

Ir-rispons għal dan it-turnew kien wieħed qawwi, bi 18-il kompetitur.

Mill-bidu tat-turnew ’il quddiem, il-klabb ikun miftuħ anke għal dawk li mhux jikkompetu – kemm dawk li jridu jaraw il-kompetizzjoni, kif ukoll dawk li għandhom bżonn xi servizz ieħor mill-klabb.

Ikun miftuħ ukoll il-bar, li jservi kemm xorb kif ukoll għażla vasta ta’ appetizers, u jkun possibbli wkoll li wieħed jordna minn għażla vasta ta’ ikel.

dical-banner-1200×280