Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jħabbar li l-membri għad fadlilhom l-aħħar ġimgħa ċans biex jibbukkjaw għal-logħba kontra Roma.
Il-klabb mhux se jkun f’pożizzjoni li jaċċetta bookings ġodda, kemm għat-tour kif ukoll għal dawk li jixtiequ biljett biss, wara l-Ġimgħa 18 ta’ Novembru.
Il-logħba kontra Roma hi skedata għas-17 ta’ Diċembru, fid-20:45.
Għal dawk li jixtiequ jibbukkjaw, il-klabb se jkun miftuħ nhar l-Erbgħa li ġej, bejn il-17:30 u s-19:00.