Nhar l-Erbgħa li ġejjin, fl-aħħar logħba mill-gruppi tal-UEFA Champions League li Juventus se jkunu fl-azzjoni kontra Dinamo Zagreb, Massimiliano Allegri mistenni jutilizza l-formazzjoni sinonima ma’ Juventus, 3-5-2.

Fit-tlieta ċentrali fid-difiża mistenni jibda mill-ewwel minuta Medhi Benatia filwaqt minħabba n-nuqqas mal-faxxa laterali tal-lemin ta’ Dani Alves li jinsab imweġġa’ u Lichtsteiner li ma kienx inkluż fil-lista taċ-Champions League, mistenni jibda Juan Cuadrado.

L-attakkant Arġentin Paulo Dybala mistenni jkun fuq il-bank filwaqt li t-tim mediku ta’ Juventus għandu janalizza eżatt il-kundizzjoni ta’ Mandžukić li kontra Atalanta ħareġ imweġġa’. F’każ li Mandžukić ma jkunx jista’ jilgħab, jaf Allegri jwettaq sorpriża u jagħti ċans mill-ewwel minuta liż-żagħżugħ ta’ 16-il sena Bioty Moise Kean.

Sors: Tutto Juve

dical-banner-1200×280