Ftit jiem qabel il-partitissima tal-weekend li ġej fis-Serie A, Fiorentina vs Juventus, tkellem il-midfielder mill-Bożnija li ġie akkwistat minn Juventus fis-sajf li għadda, Miralem Pjanić.

“Għandna rispett kbir lejn Fiorentina. Għandhom skwadra tajba ħafna bi players b’talent għoli u kowċ bravu ħafna,” qal Pjanić.

“Qabel ma ġejt ma’ Juventus, kont naf li l-logħba kontra Fiorentina hija waħda mill-iktar importanti fil-kalendarju tas-Serie A għaż-żewg timijiet. Nhar il-Ħadd li ġej nittamaw li nkomplu bil-forma tajba li għandna bħalissa mingħajr ma nissottovalutaw lill-avversarji. Jien nemmen li se tkun logħba li se tiġi determinata b’marġni zgħar ta’ skor u aħna għalhekk qed nippreparaw ruħna għaliha bl-aħjar mod possibbli”.

Il-midfielder Juventin ġie mistoqsi wkoll rigward il-Uefa Champions League u l-logħbiet kontra Porto.

“Ir-rebħ tal-Uefa Champions League hija l-ikbar objettiv tagħna. Minn dan l-istadju ’l quddiem m’hemmx tim jew logħbiet faċli, u nibdew minn Porto mir-rawnd li jmiss. Iżda Juventus f’darhom f’kompetizzjonijiet kbar huma rinomati li javvanzaw f’kull kompetizzjoni. Meta jasal il-mument tal-logħba kontra Porto niffukaw fuqha u ntuha l-attenzjoni kollha. Però l-ewwel hemm il-partita kontra Fiorentina”.

Sors: juventus.com

dical-banner-1200×280