Lejlet il-partita kontra Lazio, li se tintlagħab għada fin-12.30 fil-Juventus Stadium, jidher li hemm indikazzjoni tal-formazzjoni li mistenni jutilizza Massimiliano Allegri.
Skont l-aħħar aġġornamenti, il-formazzjoni se tkun dik ta’ 4-3-1-2. Buffon se jkun qed jiddefendi l-lasta. Fid-difiża se jirritorna wara sospensjoni Lichtsteiner; Asamoah fuq ix-xellug, u l-koppja ċentrali se tkun iffurmata minn Bonucci u Chiellini.
It-tliet plejers fil-midfield mistennija jkunu Khedira, Sturaro u Rincon, b’Miralem Pjanić mistenni jkun wara l-koppja fl-attakk, li x’aktarx se tkun iffurmata miż-żewg Arġentini Paulo Dybala u Gonzalo Higuaín.
Sors: Tutto Juve
Ħalli Kumment