Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li wara l-ħidma tal-aħħar jiem, issa ntlaħaq ftehim ukoll biex żona mill-kwartieri ġodda tal-klabb tkun dedikata bħala games room.

Bi mwejjed tal-billiard u table soccer, il-post il-ġdid tal-klabb fil-Marsa issa se jkun ukoll attrazzjoni għal min mhux wisq interessat fil-logħob jew inkella jixtieq iqatta’ ftit ħin ta’ divertiment qabel jew wara kull logħba.

Barra minn hekk, iż-żona tad-divertiment se tkun attrazzjoni oħra li tista’ tintuża meta l-post jinkera għal funzjonijiet privati, bħal staff parties jew okkażjonijiet oħra.

L-installazzjoni tal-imwejjed tal-logħob bdiet illum, u x-xogħol kollu se jkun lest sad-data tal-ftuħ, nhar l-Erbgħa li ġej.

Jekk tixtieq tgħin lill-klabb, u fl-istess waqt tnaqqax ismek fl-istorja tal-klabb, żur: http://www.zaar.com.mt/projects/searching-for-300-juventus-supporters/

dical-banner-1200×280