F’kummenti wara r-rebħa fil-Mapei Stadium, Massimiliano Allegri faħħar lill-plejers tiegħu għall-prestazzjoni konvinċenti u għat-tliet punti importantissimi ġewwa ground diffiċli ħafna.

“Baqa’ triq twila ħafna u baqa’ ħafna punti x’jintrebħu u x’jintilfu iżda llum kienu importanti t-tliet punti u pproduċejna prestazzjoni tajba ħafna speċjalment fit-tieni taqsima. Ħloqna ħafna ċansijiet fejn stajna għalaqna l-logħba bit-tielet gowl.”

Din kienet it-tielet logħba u t-tielet rebħa konsekuttiva bis-sistema l-ġdida ta’ 4-2-3-1 u Allegri kkonferma li s-sapporters se jkunu qed jistennew li tibqa’ tintuża din il-formazzjoni.

“Se nibqa’ nuża din il-formazzjoni għax qed taħdem tajjeb ħafna però ma jfissirx li għandna naqtgħu qalbna fuq formazzjonijiet u sistemi oħra. Tkun xi tkun is-sistema li nużaw, l-iktar ħaga importanti għandha tkun l-attitudni tagħna.”

Massimiliano Allegri kellu kliem ta’ tifħir fuq il-Kroat Mario Mandžukić. “Ninsab kuntent u sodisfatt bil-kontribut tiegħu. Mario huwa plejer tajjeb teknikament u hija sfortuna kbira li llum ma skurjax għax kellu diversi ċansijiet. Il-gowls se jaslu għalih iżda l-importanti hu li jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu bħal m’għamel illum, u bħalu nixtieq li tagħmel il-kumplament tal-iskwadra.”

Sors: TuttoJuve