Il-kowċ preżenti tat-tim nazzjonali Ċiniz, fejn fil-passat kien kowċ tal-istess Juventus u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006 bħala kowċ tat-tim Nazzjonali Taljan, Marcello Lippi tkellem fuq l-interess ta’ Arsenal għal Massimiliano Allegri u sostna li mhux sorpriż b’dan l-interess.
Massimiliano Allegri, rebbieħ ta’ 2 kampjonati konsekuttivi fejn wassal ukoll lil Juventus għal-finali tal-Uefa Champions League fl-2015, qed ikun meqjus bħala s-suċċessur ideali ta’ Arsene Wenger.
“Meta kowċ jirbaħ bejn tnejn jew tliet kampjonati wara xulxin u jwassal it-tim għall-finali tal-Uefa Champions League, hija awtomatika li timijiet speċjalment meqjusin kbar se juru interess fih. Din is-sitwazzjoni lili personali ġratli kemm-il darba però meta tkun kowċ ta’ Juventus bla ma trid ma tagħtix kas dawn l-affarijiet.”
Sors: Tutto Juve
Ħalli Kumment