Il-gladjatur fid-difiża ta’ Juventus Giorgio Chiellini sostna li l-logħba kontra Inter ma tista’ qatt tkun normali għal dawk li għexu l-Calciopoli u tenna li hu bħala plejer mhu se jilbes qatt il-flokk ta’ Inter.

“Din il-partita ma tista’ qatt tkun normali għal dawk in-nies li għexu l-Calciopoli għalkemm wara dakinhar xorta waħda għad baqa’ l-kontroversja. Minn dak iż-żmien, jien u Buffon biss għadna nilagħbu iżda xorta waħda l-plejers kollha jafu x’ġara.”

Giorgio Chiellini ġie mistoqsi jekk xi darba narawhx jilgħab mat-tim ta’ Inter.

“Din hija ħaġa li ma tistax titkellem fuqha. Is-sapporters Juventini jħobbuni għaliex fija jaraw persuna li jħobb il-klabb ta’Juventus. L-avversarji ma jaħmlunix għaliex xi kultant kapaċi nkun plejer irritanti. Fil-partita ta’ għada Icardi u Dybala kapaċi jkunu plejers fuundamentali u kruċjali għar-riżultat finali. Meta Dybala jilgħab tajjeb it-tim jilgħab aħjar għaliex l-Arġentin huwa fost l-aqwa plejers tal-ġenerazzjoni tiegħu u fil-futur huwa kapaċi jilħaq plejer ta’ klassi kbira.”

“Fl-aħħar logħbiet Inter urew titjib ħafna taħt il-gwida ta’ Stefano Pioli. Għandhom skwadra tajba u kapaċi jibnu fuqha però bl-iskwadra li għandhom issa jistgħu jimmiraw biex forsi jiċċalinġjaw għall-Kampjonat. Għada nistennew logħba kbira bejn tnejn fost l-ikbar timijiet fl-Italja.”

Sors: Football Italia

dical-banner-1200×280