In-nuqqas ta’ partitarji fis-settur ta’ wara l-lasta fil-Curva Sud qajjem kurżità minn ħafna. Imma għaliex kien vojt?

Dan seħħ minħabba li mijiet ta’ ultras membri tal-grupp Viking għamlu protesta wara li strixxun ma tħalliex jiddaħħal fil-grawnd waqt il-kontrolli ta’ qabel il-logħba.

L-azzjoni ma tteħditx minn Juventus, iżda mill-Questura di Torino. FI stqarrija mid-delegat tas-sigurezza tal-Juventus Stadium, Marco Patania, jingħad li l-Questura ħadet id-deċiżjoni li ma jitħallewx bnadar jew strixxuni bis-simbolu jew isem il-Viking.

“Dan wara episodji u aġir mill-membri u mexxejja tal-grupp Viking li ma jirrispettawx ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-faċilitajiet sportivi,” tgħid l-istqarrija.

Din l-azzjoni mistennija ddum matul l-istaġun kollu sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni kuntrarja.

Sors: JuveNews

dical-banner-1200×280