Il-midfielder Miralem Pjanić ħabbar li bejnu u l-attakkant Paulo Dybala għaddejja sfida għal min jirnexxilu jiskurja l-iktar freekicks diretti.

“Għandna arma iżjed minn ħaddieħor, dik li nistgħu niskurjaw u nsolvu logħba minn azzjonijiet wieqfa. Għandna ħafna plejers kapaċi f’dan is-sens. Hu għalhekk li spiss nieqfu mit-taħriġ biex nippruvaw il-freekicks. Jien u Dybala saħansitra għandna sfida bejnietna. Għalissa ninsabu fi draw ta’ 2-2,” iddikjara Miralem Pjanić.

Sors: JTV

dical-banner-1200×280