Id-difensur eks Barcelona, Dani Alves, stqarr li hu lest biex jikteb l-istorja ma’ Juventus u kien propju għalhekk li għażel Turin.
“Ma jimpurtax x’numru jkollok fuq il-flokk. L-importanti hu li dak li tagħmel jagħmlek differenti, dak li jgħaddi mill-vini tiegħek u dak li ġġorr f’ruħek. Ġejt hawn biex nikteb l-istorja, mingħajr sens ta’ biża’ minkejja xi sitwazzjoni jew diffikultà li niltaqa’ magħha matul it-triq”, stqarr Alves fuq il-midja soċjali.
Sors: Twitter






